Kienu suċċess minn kull aspett il-festi tal-Indipendenza organizzati din il-ġimgħa mill-Partit Nazzjonalista – festi li offrew taħlita ta’ diskussjonijiet, divertiment għall-familja kollha, kif ukoll kunċerti fuq il-palk prinċipali li ntrama fi Pjazza Tritoni.
Fil-fatt, il-bieraħ, l-ispettaklu laħaq il-qofol tiegħu bil-kunċert li wassal sat-tokki ta’ nofs il-lejl meta f’dak il-ħin ittellgħet il-bandiera Maltija, u ndaqq l-innu Malti.
Illum imiss li ċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu bil-programm uffiċjali tal-Indipendenza, filwaqt li għada jitwassal il-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Is-serata finali tal-Konkors se ssir fi Pjazza Teatru Rjal, fil-Belt Valletta.


Ritratti: Joseph Galea
//= $special ?>