Nhar il-Ħadd 20 ta’ Settembru 1964 saru festi kbar madwar pajjiżna sabiex tiġi ċċelebrata il-kisba tal-Indipendenża f’Malta, bis-sehem ta’ diversi baned u soċjetajiet fosthom; tas-Soċjetá Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own Birkirkara.
Filgħaxiјa diversi baned għamlu sfilati u kunċerti fil-Belt Valletta u oħraјn tellgħu programmi mużikali fl-inħawi tax-Xagħra tal-Furјana, il-post fejn saret iċ-ċerimonјa uffiċċјali tal-kisba tal-Indipendenza. Wieħed jinnota li l-baned Irјali kellhom servizz aktar prominenti minn baned oħra.
Fosthom is-Soċjetá Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own Birkirkara, li kienet ikkummissјonata biex tagħmel marċ u programm fil-Furјana. Dakinhar, ftit passi bogħod minn fejn saret iċ-ċerimonјa tal-għoti tal-Indipendenza, il-Banda Duke of Connaught’s Own kitbet l-istorja. Dan għaliex għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxiјa, il-banda temmet is-servizz tagħha bid-daqq tal-Innu Ingliż, maghruf bħala l-God Save.
Il-Banda Duke of Connaught’s Own, b’mod uffiċċјali kienet l-aħħar banda Maltiјa li daqqet il-God Save bħala l-innu uffiċċјali ta’ paјјiżna. Dan l-avveniment storiku ġie ddokumentat u nħareġ ċertifikat għal din l-okkażјoni daqstant speċјali.
//= $special ?>