Rupert Murdoch, is-sinjurun tal-media, ikkonferma li qed iwarrab mit-tmexxija tal-Korporazzjoni Fox u ta n-News Corporation.
L-iżvilupp qed jasal ftit xhur wara li Rupert Murdoch kien ċaħad pjan biex il-Fox u n-News Corporation ikunu nkorporati f’entità waħda. Dan ukoll wara sena pjuttost turbulenti għal Fox News li f’April qablet biex tħallas kważi 790 miljun dollaru bħala danni konnessi mar-rappurtaġġ tal-elezzjoni presidenzjali tal-2020 fl-Istati Uniti.
Filwaqt li Murdoch, ‘il quddiem, se jkun iċ-Chairman emeritus taż-żewġ kumpanniji, hu konfermat ukoll li t-Tmexxija ta’ dawn qed tgħaddi f’idejn Lachlan — it-tifel ta’ dan il-personalità mill-aktar kontroversjali li l-interessi tiegħu fil-media imorru lura għal 70 sena
Murdoch, f’ittra indirizzata lill-impjegati tal-Korporazzjoni, qal li ‘issa hu ż-żmien li jaddotta ruħu għal rwol differenti mingħajr provda d-dettalji speċifiċi.
Murdoch, li għandu 92 sena, kien nieda Fox News fl-1996 u dan, maż-żmien, kompla jikber f’termini ta’ ‘viewership’ tant li Murdoch sostna li ‘l-opportunitajiet għall-istazzjon, illum, huma ħafna akbar mill-isfidi kummerċjali.’
//= $special ?>