Lokali

Mara titlef ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar

Mara ta’ 71sena, residenti ż-Żejtun, tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikulta waqt li kienet qed tgħum.

Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tas-1 pm, fil-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.

Il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-għajnuna u marret fil-post, fejn sabet li persuni li kienu fil-qrib assistew lill-mara u tellawha l-art.

Membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar flimkien ma’ tim mediku taw l-assistenza minnufih u ttieħdet l-Isptar Mater Dei, fejn sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.