“Serq min-nazzjon tagħna hu abbuż tas-sovranità li tant ħadmu għaliha missirijietna 59 sena ilu”, hekk saħaq waqt l-omelija tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna fil-quddies pontifikali ta’ Jum l-Indipendenza.
Waqt l-omelija l-Arċisqof jistaqsi diversi mistoqsijiet li jiffukaw fuq diversi sfidi li għaddej minnhom in-nazzjon Malti. Huwa beda billi ħeġġeġ lin-nies jagħtu kas lill-proxxmu speċjalment lill-foqra. Fil-fatt huwa qal li ma rridux nagħmlu l-iżball li lill-fqar narawhom biss bħala benefiċċjarji tal-kura u l-ġenerożità tagħna. Hawn, huwa insista biex ma nħeġġux lil dawk il-persuni li għaddejin minn ċerti diffikultajiet biex japplikaw għall-‘benefiċċji soċjali’ li mhumiex intitolati għalihom u li sussegwentement jinkisbu b’mod qarrieqi.
Huwa qal ukoll li hawn problemi strutturali fl-ekonomija u politika ta’ Gvern Laburista li jwasslu għal dan il-faqar. Sistema ekonomika li ma taħdimx għal kulħadd, li teqred l-ambjent, u li twassal għal tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja.
L-Arċisqof irrimarka li r-realtà tax-xogħol li kull Malti u Għawdxi qed jgħix qed twassal biex ma jlaħqux mal-iktar affarijiet bażiċi tant li jkollhom jissagrifikaw saħħithom u l-ħin tal-mistrieħ mal-familji tagħhom.
//= $special ?>