Tim Sport PN, il-fergħa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, bħala parti mill-attivitajiet biex ifakkru id-59 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza organizza Fun Run fuq distanza ta’ 5 kilometri fiċ-ċirkwit f’ Ta’ Qali.
Il-kategorija tal-irġiel intrebħet minn David Borg ta’ Gozo Athletic Club f’16-il minuta u 35 sekonda qabel Jan Degiorgio ta’ Team Evolve fi 17-il minuta u 9 sekondi u Paul Portelli ta’ Gozo Athletic Club fiu 17-il minuta 43 sekonda.
Fil-kategorija tan-nisa fl-ewwel tlett postijiet temmew Loren Mercieca , Claire Incorvaja u Georgianne Scerri.
Eytan Attard Vella kellu l-aħjar ħin fil-kategorija Taħt it-18-il sena filwaqt li fil-Kategoriji ta’ ‘l fuq minn 40, 50, 60 u 70 sena l-aħjar ħinijiet kienu ta’ Stefano Lazze’, Franco Loddo, Michael Camilleri u Joseph Cutajar.
Fi tmiem din l-attività saret il-premjazzjoni lir-rebbieħa mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino fil-preżenza tad-deputat David Agius u Stefan Caruana Segretarju Eżekuttiv Organizattiv.





Ritratti ta’ Joseph Galea
//= $special ?>