Fi Stade de Nice – Grupp A: Italja 38-17 Urugwaj
Partita b’żewġ ucuħ fejn filwaqt li l-Urugwaj fl-ewwel taqsima għalqet 17-7 fil-vantaġġ, fit-tieni taqsima l-Italja b’tim trasformat wettqu l-impossibbli fejn għamlu 31 punt bla risposta. Bejn żewġ penalties għall-Urugwaj fit-tieni u 22 minuta li Felipe Etcheverry falla, fis-7 minuta try għall-Italja minn Lorenzo Pani u conversion ta’ Tommaso Allan poġġew lill-Italja 7-0.
Reazzjoni mill-Urugwaj li marru 7-7 b’penalty try. Fis-37 minuta l-Urugwaj marru 12-7 fil-vantaġġ bi try ta’ Nicolas Freitas u eventwalment 14-7 wara conversion ta’ Etcheverry u drop goal tal-istess plejer biex l-ewwel taqsima għalqet 17-7 għall-Urugwaj.
Fit-tieni taqsima, Italja kienu tim trasformat fejn għamlu xejn anqas minn 31 punt mingħajr ebda risposta mill-avversarji. Fis-46 minuta Try ta’ Michele Lamaro li beda jnaqqas id-distakk flimkien ma’ conversion ta’ Tommaso Allan. L-istess Allan kien protagonista b’erba’ conversions oħra fis-47, 53 , 57 u 62 minuta.
Fit-52 minuta try ta’ Loane Montanna poġġa lill-Italja 19-17 fil-vantaġġ. Fis-56 minuta u 61 minuta waslu tries minn Lorenzo Cannone u Juan Ignazio Brex sabiex fis-70 minuta kien Pablo Garbisi li minn penalty għalaq il-partita 38-17 għall-Italja.
//= $special ?>