Kultura Lokali

Cherylis tniedi l-kanzunetta l-ġdida tagħha bl-isem ta’ ‘Ngħożż’

Cherylis ir-rebbieħa tal-konkors kanzunetta indipendenza s-sena li għaddiet illum ser terġa’ tgħix dawk l-emozzjonijiet sbieħ li hasset propju sentejn ilu.

Bħala mistiedna speċjali hija se tinterprita kemm il-kanzunetta ‘Nifs’ kif ukoll is-silta ġdida li ġġib l-isem ta’ ‘Ngħożż’. Maħluqa mill-istess tim ta’ kittieba Cherylis tiddeskrivi din il-kanzunetta bħala waħda ‘differenti min ta’ soltu’,filwaqt li żżid tgħid li tinsab ‘eċitata ferm biex tinterpretaha’

Fi kliem l-awtur,il-kanzunetta tittrata diversi emozzjonijiet sbieħ li ġġib magħha l-imħabba’. Hu jżid jigħd li jeżistu numru ta’ sitwazzjonijiet madwarna fejn l-imħabba vera tkun nieqsa.

Jikkumplimenta r-rilaxx ta’ Ngħożż huwa vidjo bil-lirika tal-kanzunetta maħdum barra min Malta.