Futbol Sport

Debutt Ewropew negattiv għal Brighton

(Ritratt: EPA)

Id-debutt ta’ Brighton fil-kompetizzjonijiet ewropej ma kienx dak mixtieq minnhom hekk kif it-tim immexxi minn De Zerbi tilef l-ewwel logħba fl-Europa League kontra AEK Athens 3-2.

It-tim Grieg dejjem kien fil-vantaġġ bi Brighton għal darba darbtejn jiksbu l-goal tad-draw minn penalties it-tnejn skorjati minn Joao Pedro.

Iżda għat-teielt vantaġġ ta’ AEK skorjat minn Ponce fl-84 minuta Brighton ma kellhomx risposta biex b’hekk id-debutt assolut tagħhom fil-kompetizzjonijiet ewropaej kien negattiv.

Iż-żewġ timijiet l-oħra Ngliżi fil-kompetizzjoni, Liverpool u West Ham kisbu rebħiet identiċi ta’ 3-1, rebħiet li waslu wara li huma kienu minn taħt.

Fl-Awstrija LASK marru fil-vantaġġ b’goal ta’ Flecker wara 14-il minuta u Liverpool kellhom jistennew sa wara l-intervall biex wettqu r-rimonta tagħhom.

Kien Darwin Nunez li kiseb il-goal tad-draw fis-56 minuta u seba’ minuti wara Luis Diaz poġġa lir-reds fil-vantaġġ.

L-Eġizzjan Mo Salah skorja t-tielet goal ta’ Liverpool żewġ minuti mit-tmiem.

Fl-istadium Olimpiku ta’ Londra, West Ham ukoll kellhom jiġru wara r-riżultat kontra s-serbi ta’ TSC.

Kollox seħħ fit-tieni taqsima fejn wara erba’ minuti Stanic fetaħ l-iskor għal TSC. Autogoal ta’ Petrovic fis-66 minuta witta t-triq għar-rimonta ta’ West Ham.

Il-Hammers marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kudus fis-70 minuta u Soucek għalaq il-logħba bit-tielet goal fit-82 minuta.

It-timijiet Taljani ukoll bdew b’rebħa fl-Europa League, Roma kontra Sheriff u Atalanta f’darhom kontra l-pollakki ta’ Rakow.

Fil-Moldova Roma fetħu l-iskor ftit qabel l-intervall b’auogoal ta’ Kiki, iżda Tovar kiseb id-draw fis-57 minuta.

Romelu Lukaku skorja l-goal tar-rebħa ta’ Roma tmien minuti wara.

F’Bergamo Atalanta għelbu lil Rakow b’żewġ goals fit-tieni taqsima. De Keteleare fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras u Ederson irdoppja fis-66 minuta.

Fil-Conference League Fiorentina kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 kontra Genk.

Ranieri skorja doppjetta għal Vjola fl-ewwel taqsima, b’Zeqiri jikseb draw momentarju għal Genk.

It-tieni goal tad-draw tal-Belġjani kien skorjat minn McKenzie ħames minuti mit-tmiem. 

Aston Villa bdew b’telfa ta’   3-2 fil-Polonja kontra Legia Warsaw.

Għal Villa goals ta’ Duran u Digne filwaqt li għal Legia goals ta’ Wszolek u doppjetta ta’ Ernest Muci.

Riżultati

Europa League

Leverkusen 4-0 Hacken    

LASK 1-3 Liverpool    

Panathinaikos 2-0 Villarreal    

Qarabag 1-0 Molde                  

Rennes 3-0 Maccabi Haifa    

Royal SG 1-1 Toulouse    

Servette 0-2 Slavia Prague    

Sheriff 1-2 Roma                  

Ajax 3-3 Marseille                  

Atalanta 2-0- Rakow                 

Brighton 2-3 AEK Athens    

Olympiacos 2-3 Freiburg    

Rangers 1-0 Betis                  

Sparta Prague 3-2 Aris    

Sturm Graz 1-2 Sporting    

West Ham 3-1 TSC    

Conference League

E.Frankfurt 2-1 Aberdeen    

Fenerbahce 3-1 Nordsjaelland 

Ferencvaros 3-1 Cukaricki    

Genk 2-2 Fiorentina    

HJK 2-3 PAOK                

Legia 3-2 Aston Villa    

Ludogorets 4-0 S. Trnava    

Zrinjski 4-3 AZ Alkmaar    

Brugge 1-1 Besiktas    

D. Zagreb 5-1 Astana    

Zorya Luhansk 1-1 Gent    

Lugano 0-0 Bodo/Glimt    

Maccabi TA 3-2 Breidablik    

Plzen 1-0 Ballkani                  

S. Bratislava 2-1 Klaksvik