Lokali

Eliana Gomez Blanco bil-kanzunetta ‘Kannizzata’ hija r-rebbieħa tal-KKI 2023

Eliana Gomez Blanco bil-kanzunetta ‘Kannizzata’ hija ir-rebbieħa tat-30 edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2023 – festival rinomant mal-festi li jfakkru l-kisba ta’ Malta Indipendenti.

Il-kanzunetta ‘Kannizzata’ setgħet tkun possibli għall-kompożitur, Ray Agius u l-awtur Alfred C. Sant.

Fit-tieni post klassifika Ishmael Grech bil-kanzunetta ‘Tfajjel Ruxxan’ b’kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u kliem ta’ Emil Calleja Bayliss. Francesca Sciberras ikkwalifikat fit-tielet post bil-kanzunetta ‘‘Benninni’ b’kompożizzjoni ta’ Gilbert ‘il-bibi’ Camilleri u kliem ta’ Emil Calleja Bayliss.

Il-premju tat-televoting intrebaħ minn Eliana Gomez Blanco b’total ta 89 vot.

Intant, il-pubbliku vvota għal Freddie Portelli, biex jingħata rikonoxximent mill-isbaħ għall-karriera mużikali tiegħu.

Is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza kienet preżentata minn Valerie Vella u Chris Grech b’xandira diretta fuq NET Television u NET OnDemand, finali li apparti ħafna talent lokali u varjat, fiha kantaw 20 kantant u kantanta.

Il-kanzunetti kollha kienu oriġinali u b’lirika bil-Malti. Intant, il-mistiedna speċjali kienu il-band Different Minds, Claudia Faniello, kif ukoll ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2021 Cherylis niedet kanzunetta ġdida.