Teżori moħbija fl-imqades Rabtin li juru l-istorja rikka li tħaddan din il-lokalità. Opportunita unika sabiex wieħed jidħol f’binjiet li kienu kruċjali fl-istorja ta’ pajjiżna b’spettakkli fit-toroq tar-Rabat fejn wieħed se jkollu wkoll ċ-ċans li jduq ikel tradizzjonali.
Wieħed jista jagħmel dan kollu hekk kif is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd li ġej se titella l-ewwel edizzjoni ta’ Rabat Sacrum fejn se jkun hemm diversi wirjiet fi knejjes differenti madwar ir-Rabat.
Wirja partikolari se titella fil-Knisja Ta’ Ġieżu fejn se jkun hemm kollezzjoni ta’ fided li ġiet salvata mill-Ħakma Franċiża 225 sena ilu.
Din il-fidda kienet ser tkun irrkantata mill-Gvern Franċiż, iżda f’Settembru tal-1798 ġew salvati kif spjegalna f’aktar dettall l-Arkivista tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp Jeremy Debono. Apparti min hekk, Jeremy Debono qal li dawn l-oġġetti li għandhom ‘il fuq minn 200 sena propju qed jiġu esebiti għall-ewwel darba iżda għadhom jintużaw f’funzjonijiet varji.
Din l-attività hija organizzata mill-Kunsill Lokali tar-Rabat iżda kien il-Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista Rudolf Grima li ħareġ b’din l-idea filwaqt li f’kummenti ma’ Net News tkellem dwar l-ispettakkli li se jkun hemm.
Barra minn hekk, Rudolf Grima qalilna wkoll dwar il-pjanijiet għal Rabat Sacrum għas-snin illi ġejjin sabiex jibqa’ avveniment uniku bil-ħsieb li jippromovu l-wirt reliġjuż.
Intant, wara li r-Rabtin inħasdu bit-telfa tal-maħbub Kevin Galea fl-età ta’ 33 sena sħabu li kienu se jarmaw stand tal-ikel iddeċidew li jikkanċellaw b’rispett għalih. Dan filwaqt li l-Banda Isle Adam ħassret il-marċ li kien se jsir il-Ħadd filgħodu.
//= $special ?>