Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem isalva punt għal Sirens

(Ritratt: Catriel Farruga)

Sirens………………..1

Mosta…………………1

Sirens: A. Cassar, T. Almeida, O. Boakye, N. Pulis, J. Perea, D. Opoku (S. Borg 62′), C. Agyemang (J. Borg 79′), M. Akadom, A. Cini, K. Donsu, K. Jackson (B. Asare 62′).

Mosta: A. Udoh, G. Chara, A. Isah (K. Tulimieri 74′), E. Aneni, M. Camara (S. Chukwuemeka 69′), P. Tenebe, C. Failla, G. Sciberras (N. Agius 74′), D. Britto , J. Vassallo , Z. Brincat (E. Mensah 88′).

Referee: Ezekiel Barbara

Assistenti Referees: L. Portelli, D. Spencer

Karti Sofor: T. Almeida, D. Opoku (S), E. Aneni, A. Isah (M)

Skorjaw: C. Failla 50′ (M), P. Hinestroza 90′ (M)

Fl-ewwel partita mit-tieni ġurnata tal-Kampjonat Premier, Sirens u Mosta ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1. Kien it-tim ta’ Mosta li ddomina l-partita, bil-goalkeeper ta’ Sirens iwettaq numru ta’ saves importanti biex iżomm lit-tim tiegħu sal-partita.

Mosta marru fil-vantaġġ fil-50 minuta meta Daniel Opoku waqqa’ lil Gianluca Sciberras fil-kaxxa, bir-referee jsaffar penalty. Clayton Failla minn ħdax-il metru ma żbaljax. Minkejja li għamlu l-maġġoranza tal-partita jiddefendu, Sirens irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs fl-aħħar sekondi tal-partita meta kien Perea Hinstroza li rnexxielu jikkonkludi wara Udoh.