GREE Sliema Hotsticks rebħu t-tournament triangolari Trofeo Galatea fi Sqallija wara li kisbu żewġ rebħiet miż-żewġ partiti li lagħbu.
Fl-ewwel partita, Sliema Hotsticks għelbu lil Galatea 4-1 bi Christ Agius jiskorja darbtejn u l-gowls l-oħra skorjati minn Alessandro Amore u Ryan Dalli.
Fit-tieni partita Sliema iddominaw kontra USD Unime Messina tant li rebħu 8-0. Christ Agius skorja tlett gowls b’Jaden Cutajar u Silas Plaehn jiskorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Ryan Dalli skorja l-gowl l-ieħor għal Sliema Hotsticks.
Dan it-turnament kien importanti għal GREE Sliema Hotsticks hekk kif jinsabu fil-preparazzjoni għall-istaġun 2023/24 li jibda x-xahar id-dieħel.
