Internazzjonali

Il-kapsula Osiris-Rex mistennija lura fid-dinja wara 7 snin

Ritratt: TS2 Space.com

Nhar il-Ħadd il-kapsula Osiris-Rex tan-NASA se tidħol lura fl-atmosfera tad-dinja b’veloċità qawwija – 15-il darba l-veloċità ta’ balla ta’ xkubetta. Dan hekk kif se ġġib kampjuni tal-asteroid ‘Bennu’ wara seba’ snin fl-ispazju.

Imnedija fl-2016, din il-vettura spazjali laħqet l-asterojd f’Ottubru tal-2020 u se tirritorna il-kampjuni f’kapsula speċjali u paraxut; bl-inżul stabbilit għas-2pm ħin lokali, f’Utah.

Dan il-kampjun ta’ trab miġbur mill-asterojd – li hija blata spazjali kolossali -għandu l-muftieħ biex jinbdew investigazzjonijiet dwar l-oriġini tal-umanità.

L-investigatur prinċipali Dante Lauretta qed jistenna li possibilment ikollhom f’idejhom biċċiet ta’ ġebel minn qabel il-formazzjoni tas-Sistema Solari tagħna. L-għan ta’ dan il-proġett hu sabiex jintraċċaw l-oriġini tad-dinja.