Kien ħafna ċari fi kliemhom – iż-żgħażagħ li l-Ġimgħa indirizzaw il-Parlament ma qagħdux lura milli jirrimarkaw id-diversi nuqqasijiet li hemm fil-lokalitajiet, minħabba li l-Gvern ta daqqa lill-gvernijiet lokali.
Waqt din il-konferenza, iż-żagħżugħ Għawdxi John Paul Buttigieg tkellem dwar in-nuqqas ta’ finanzi li l-Kunsilli Għawdxin qed jaffaċċjaw. U spjega kif dawn qed jispiċċaw imorru jittalbu għand il-Ministeru għal Għawdex – biż-żagħżugħ jgħid illi dawn it-talbiet waqgħu taħt widnejn torox; prova oħra li l-Gvern abbanduna il-gżira Għawdxija.
Żgħażugħ ieħor, Jordan Galea Pace, semma’ kif il-Gvern iżomm lill-poplu milli jgawdi d-dritijiet tiegħu. Tkellem ukoll dwar l-ambjent, u kritika direttament lill-ministru Miriam Dalli għaliex din qed tuża fondi publiċi sabiex tippoża u ma tieħu l-ebda azzjoni rigward il-problemi ambjentali.
Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-gvern Lokali, insista illi ż-żgħażagħ huma ingredjent essenzjali għall-Kunsilli. Semma’ ukoll kif il-Partit Nazzjonalista ħareġ dokument dwar il-Gvernijiet Lokali sabiex iż-żgħażagħ jifhmu aħjar l-importanza tagħhom. Qal ukoll illi illum il-ġurnata il-kunsilli lokali tilfu ħafna mis-saħħa u fakkar kif għad hemm kontradizzjonijiet – fejn nistgħu neleġu żgħażagħ ta’ 16 iżda dawn imbgħad ma jistgħux ikunu Sindki tal-lokal.
Fl-istess konferenza, Bernice Bonello il-kelliema tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-fondi Ewropej fakkret li kien gvern Nazzjonalista li ħoloq il-Kunsilli – inizjattiva li għadna ingawdu minha sal-lum. Qalet ukoll illi il-Partit Nazzjonalista għandu f’qalbu ż-żgħażagħ u appellat lis-sindki biex ma jibzawx jgħatu l-ispazju għall-ġenerazzjoni li jmiss.
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-self employed u l-intrapriżi żgħar Robert Cutajar iringrazzja lil kull min ta jew għadu jagħti sehmu fil-kunsili lokali. Hu semma’ l-importanza illi l-ideat u proġetti li jitfasslu mill-Kunsilli mgħandomx jibqgħu fuq il-karta; iżda jiġu implementati.
Hawn, Robert Cutajar appella biex il-partiġaniżmu jitġoġġa fil-ġena, u l-kunsillieri jaħdmu flimkien.
Intant, fil-bidu tal-konferenza l-Ispeaker Anġlu Farrugia semma’ illi iż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti kemm fil-kunsill u anke fil-parlament; dan sabiex ikunu huma li jfasslu futur għal pajjiżna.
//= $special ?>