Talanqas żewġ persuni nqatlu wara li kienu sparati l-balal fuq il-belt storika ta’ Timbuktu — bl-attakk anki jħalli numru ta’ midruba,
Il-militar tal-Mali qed iwaħħal fit-‘terroristi’ għall-bumbardament fi żmien meta l-gruppi tal-ġiħadisti qed iwettqu dawn it-tipi ta’ azzjonijiet mill-bażijiet tagħhom qalb id-deżert tas-Sahara.
Fil-fatt, il-belt ta’ Timbuktu – iddikjarata min-Nazzjonijiet Uniti bħala Sit tal-Patrimonu Dinji – ilha l-ġimgħat iġġarrab l-attakki mill-ġiħadisti u meta r-residenti qed ibatu min-nuqqasijiet tal-ikel akuti.
Din il-belt, fl-2012, kienet inħatfet mill-ġellieda Islamisti u mit-tribu tat-Twareg sakemm tkeċċew mill-qawwiet Franċiżi. Madankollu, il-ġiħadisti għadhom theddida sallum tant li l-militar tal-Mali, fl-2020, ħataf il-poter fil-pajjiż fost akkużi li l-Gvern ċivili naqas milli jipprovdi s-sigurtà lill-poplu.
//= $special ?>