Lokali

IL-KAŻ TA’ BIRKIRKARA: Il-Kamra tal-Periti b’kundanna fuq il-kuntrattur

Il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti fi stqarrija ikkundanna l-mod li mexa bih il-kuntrattur fil-każ ta’ Triq Psaila – dan meta 7 xhur ilu dehru filmati ta’ twaqqigħ ta’ binja b’mod perikoluż.

Il-Kunsill innota dakinhar illi “l-ftuħ ta’ investigazzjoni ma tfissirx li instabet xi ħtija f’dan l-istadju, iżda jfisser li qed jiġu stabbiliti l-fatti sabiex jiġi ddeterminat kienx hemm xi nuqqasijiet
professjonali. Jekk il-Kunsill jidentifika xi nuqqas potenzjali, il-perit jew periti involuti ser
jingħataw id-drittijiet kollha li tatihom il-liġi sabiex jeskulpaw ruħhom.”
Il-Kamra tal-Periti hija issa f’pożizzjoni tħabbar il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tagħha:

  1. L-dikjarazzjoni tal-metodu dwar it-twaqqiegħ ma tax struzzjonijiet lill-kuntrattur sabiex
    jeżegwixxi x-xogħlijiet kif ġie muri fil-filmati li ġew rappurtati fil-midja;
  2. Il-kuntrattur ma mexiex mad-dikjarazzjoni tal-metodu tat-twaqqiegħ;
  3. Il-kuntrattur ma mexiex mal-istruzzjonijiet li tah fuq is-sit l-STO nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar
    2023 bi qbil mal-perit tal-proġett illi jnaddaf is-sit qabel ma jkompli bit-twaqqiegħ sabiex
    jagħmel il-wisa’ għal mobile crane. Din l-istruzzjoni nħarġet minħabba li kienu qed isiru
    diskussjonijiet bejn il-perit tal-proġett, l-STO u l-kuntrattur dwar tibdil fid-dikjarazzjoni
    tal-metodu sabiex jintuża mobile crane;
  4. Il-kuntrattur jidher li ddeċieda illi minflok iħaffef bit-twaqqiegħ matul tmiem il-ġimgħa kif
    dehrlu hu, u b’hekk imur kontra l-istruzzjonijiet tal-STO, flok jagħti ċans lill-periti involuti
    fil-proġett jiffinaliżżaw l-emenda fid-dikjarazzjoni tal-metodu;
  5. Barraminhekk, il-manaġer tas-sit naqas milli jinforza ir-regolamenti fil-L.S.623.08.

Għaldaqstant il-Kunsill iddeċieda illi jagħlaq l-investigazzjoni kontra l-periti involuti fil-proġett
billi ma nstab xejn jindika li kien ksur tal-Att li jirregola l-Periti. Huwa ta’ dispjaċir illi l-Awtorità
dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni ma kkoperatx fl-investigazzjonijiet tal-Kamra.