Futbol Sport

Malta tirbaħ l-ewwel partita fil-UEFA Nations League

Latvja………………..0

Malta………………….1

LATVJA: E. Vaivode, S. Garanca (K. Danilova 87′), A. Flakse, A. Rocane, P. Linina, V. Zaicikova, A. Gornela, D. Suvitra (S. Voitane 65′), K. Miksone, O. Sevcova, A. Poluhovica (A. Lipsane 90′).

MALTA: J. Xuereb, A.M. Said, E. Lipman, C. Zammit, E. Xuereb, R. Cuschieri, N. Sciberras, S. Zammit (B. Borg 58′), M. Farrugia (S. Farrugia 85′), H. Bugeja, R. Giusti (L.A. Ayres 58′).

Referee: Jana Van Laere

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa kellu debutt mill-aqwa fil-UEFA Nations League meta f’Jurmala għeleb lil-Latvja 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal biss-seba’ minuti mit-tmiem permezz tal-plejer ta’ Inter Haley Bugeja.

It-tim Malti kellu jkun resiljenti fid-difiża minħabba li l-Latvja ħolqu numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor speċjalment fit-tieni taqsima fejn laqtu wkoll il-lasta. It-tim Malti kellu wkoll l-okkażjonijiet tiegħu u seta’ mar fil-vantaġġ wara biss seba’ minuti meta x-xutt ta’ Shona Zammit kien salvat mill-goalkeeper tal-Latvja.

Il-gowl deċiżiv qasal fit-83 minuta meta kien cross ta’ Rachel Cuschieri li minnu kienet Haley Bugeja li kkonkludiet. It-tim ta’ Manuela Tesse jilagħb il-partita li jmiss mill-istess kompetizzjoni l-ġimgħa d-dieħla kontra l-Moldova.