Formula 1 Sport

Max Verstappen jiddomina s-sessjoni tal-provi tal-Ġimgħa

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen kien dominanti fis-sessjoni tal-provi li saru l-Ġimgħa fiċ-ċirkwit tal-Ġappun.

Sfortunatment, din is-sessjoni ntemmet qabel dak pjanat meta s-sewwieq ta’ Alpine Pierre Gasly kellu inċident ikrah. Verstappen irnexxielu jtemm qabel is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc u Lando Norris ta’ McLaren.

Is-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton kellu pjuttost sessjoni tal-provi ħażina meta temm fl-14-il post filwaqt li sieħbu fit-tim temm fil-ħames post. Fernando Alonso kien is-sitt l-aktar veloċi qabel Alex Albon u Oscar Piastri. Sergio Perez u Valtteri Bottas temmew fid-9 u l-10 post.