Lokali

Raġel ta’ 37 sena weġġa’ gravi f’inċident f’Ħaż-Żabbar

Il-Ġimgħa filgħodu fi Triq il-Mina ta’ Hompesch, f’Ħaż-Żabbar, raġel ta’ 37 sena residenti Ħaż-Żabbar intlaqat min karozza Nissan Almera misjuqa min raġel ta’ 47 sena li ukoll huwa residenti Ħaż-żabbar.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-każ seħħ fis-6:30am.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.