Is-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei għadha waħda inkwetanti hekk kif minkejja d-diversi ilmenti mill-pazjenti u l-familji tagħhom, is-sitwazzjoni qed tkompli tmur għall-agħar.
Persuna li kitbet fuq il-media soċjali esprimiet il-frustrazzjoni tagħha għad-diżastru li hemm fl-Isptar Mater Dei – kaġun tal-management ħażin minn naħa tal-Gvern.
Din il-mara kitbet illi wara kważi ġimgħa minn mindu ommha daħlet fl-Isptar minħabba ksur, għadha b’sieqha miksura u muġugħa… u r-raġuni li tawha kienet li minħabba n-numru kbir ta’ operazzjonijiet li hemm, għalissa ma jistgħux joperawha.
Din il-mara tgħid li din hija sitwazzjoni tal-mistħija. U għalhekk, esprimiet it-tħassib tagħha għall-istat li spiċċa fih pajjiżna. Kien hawn fejn irreferiet għall-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li huwa responsabbli mis-settur tas-saħħa… fejn staqsiet x’azzjoni qed tittieħed; filwaqt li għamlet aċċenn għall-waiting lists kbar li hemm f’Mater Dei.
Din il-persuna tgħid li din is-sitwazzjoni mhix aċċettabbli u hija waħda tal-mistħija, fejn pajjiżna spiċċa f’livelli baxxi ħafna …u ħadd ma jieħu responsabbiltà għal dak li jseħħ.
Fattur ewlieni li qed jitfa’ piż kbir fuq l-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei hija ż-żieda fil-poplazzjoni ta’ pajjiżna. Apparti dan hemm ukoll il-fattur tan-nuqqas ta’ ħaddiema li qed jagħżlu l-professjoni ta’ infermieri – fejn għal bosta snin ilu jsir appell sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema.
Il-Partit Nazzjonalsita ilu żmien twil jitkellem dwar proposti konkreti għal dan is-settur tant importanti għal pajjiżna fejn fost l-oħrajn jeħtieġ ikun hemm servizzi li verament ikunu ta’ kwalità. Dan wara li l-Gvern, minflok ma’ investa f’dan is-settur, seraq lill-poplu Malti u Għawdxi ‘il fuq minn 400 miljun ewro permezz tad-deal ma’ Vitals u Steward għad-detriment tal-pazjent – frodi li kien konfermat b’decizjoni tal-Qorti.
//= $special ?>