Tim Sport PN, il-fergħa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, bħala parti mill-attivitajiet biex ifakkru id-59 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, fost l-attivitajiet ta’ sport organizza kompetizzjonijiet tal-isparar fix-Shooting Range Nazzjonali f’Ta’ Kandja u fir-range tal-Bidnija.
F’Ta’ Kandja fit-Trap fil-Klassi A fuq 50 plattina Christian Farrugia laqat 47 filwaqt li Brian Galea u Christopher Vella 45 plattina kull wieħed.
Fi Klassi B, Christian Schembri laqat 46 plattina, Johan Xuereb 43 u John Marmara bi 42 plattina.
Fi Klassi C Hubert Baldacchino laqat 37 minn 50 plattina filwaqt li Joseph Cardona u George Micallef laqtu 36 u 33 rispettivament. Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post Brian Galea meta laqat 24 minn 25 plattina filwaqt li Angelo Ciappara u Christian Farrugia laqtu 23 plattina b’Ciappara fit-tieni post wara shoot-off.
Fi tmiem din l-attivita’ saret il-premjazzjoni lir-rebbieħa minn Graham Bencini kelliem għall-isport għal Partit Nazzjonalista flimkien ma’ Stefan Caruana Segretarju Eżekuttiv Organizattiv u Paula Briffa uffiċjal għal TimSport PN flimkien ma’ Frans Pace, President tal-Malta Shooting Sports Federation.
Fis-Shooting Range tal-Bidnija saret kompetizzjoni DTL fejn fi Klassi A Dien Camilleri 291 minn 300 segwit minn Godwin Micallef li kiseb 289 daqs Joseph Zammit. Micallef b’shoot-off temm fit-tieni post.
Fi Klassi B Emmanuel Grima kiseb 289 minn 300 segwit minn Ivan Xerri u Kristian Cardona b’287 u 282 rispettivament filwaqt li fi Klassi C John Agius kiseb 274, Mario Bonello 266 u Stephen Chetcuti 260. Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post Dien Camilleri b’291 minn 300 filwaqt li Godwin Micallef u Joseph Zammit kisbu 289 kull wieħed.
Fi tmiem il-kompetizzjoni saret il-preżentazzjoni li għaliha attendew Michael Piccinino, Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, id-deputat Ivan Castillo u l-uffiċjali ta’ TimSport PN Paula Briffa u Andre’Muscat.
//= $special ?>