Rugby Sport

Tazza tad-Dinja: Franza tikseb l-ikbar rebħa

(Ritratt: EPA)

Franza kisbet it-tielet rebħa fi Grupp A tat-Tazza tad-Dinja, rebħa ferm kbira kontra Namibja 96-0.

Din fil-fatt kienet l-ikbar rebħa fit-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena.

Bis-saħħa ta’ din it-tielet rebħa konsekuttiva Franza qabżet fl-ewwel post ta’ dan il-grupp b’total ta’ 13-il punt, tlieta iktar mill-Italja li jinsabu fit-tielet post.

Kif jindika l-iskor kienet logħba bla storja fejn Franza għamlu dak li riedu fejn kellhom total impressjonanti ta’ 13-il try matul il-logħba.

Franza huma favoriti li jirbħu l-grupp fejn jonqoshom logħba waħda kontra l-Italja.

Riżultat

Franza 96-0 Namibja 

Illum

Arġentina v Samoa