Lokali

Tweġġa’ gravi wara li waqgħet bil-mutur f’Tas-Sliema

Mara ta’ 31 sena residenti l-Mosta weġġgħet gravi wara li waqgħet bil-mutur.

L-inċident seħħ il-Ħamis waranofsinhar għall-ħabta tal-4:00 fi Triq ix-Xatt Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-mara tilef il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq bil-konsegwenza li waqgħet.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin