Għaddew issa diversi ġimgħat minn meta l-poplu Malti xxokja ruħu mal-aħbar li għaddej frodi u serq li jlaħħaq il-miljuni ta’ ewro mill-benefiċċji soċjali.
Sostna dan id-Deputat Nazzjonalista David Agius, fejn insista li Robert Abela ma ħa l-ebda passi kontra l-Ministru responsabbli minn dan l-iskandlu li qajjem rabja kbira minn nies ta’ kull fehma politika.
Huwa saħaq li mhux talli l-Ministru ma tkeċċiex minn Robert Abela, talli issa ħareġ jgħid li dan qisu business as usual, għax ma tantx kien hemm nies mid-distrett tiegħu li ħadu eluf ta’ ewro b’mod qarrieqi u diżonest mit-taxxi tal-poplu.
“Dawn l-istess nies huma vittmi ta’ sistema frodista li mexxa l-Gvern Laburista biex serqilhom il-vot.”
David Agius saħaq li huwa tal-iskantament kif l-ebda Ministru ma refa’ r-responsabbilità politika.
“Għal Robert Abela, li jkun hemm serq mit-taxxi tal-poplu huwa business as usual. Għal Ministri tiegħu, dawn prassi ta’ kuljum.”
//= $special ?>