Is-Sibt filgħodu, il-Kunsill Studenti Universitarji ħejjew dimostrazzjoni quddiem Kastilja sabiex jesprimu r-rabja tagħhom dwar il-kummerċjalizazzjoni ta’ Kemmuna kif ukoll il-bajjiet kollha fil-gżejjer Maltin.
Huma għamlu dan bl-għan li jsostnu l-importanza li jinżamm l-isbuħija naturali tal-bajjiet, u li dawn il-bajjiet jkunu aċċessibli għal kulħadd.
Il-KSU sostnew li din il-kummerċjalizazzjoni tal-bajjiet saret minħabba l-ammont kbir ta’ deckchairs, umbrellel, dgħajjes kbar u diversi kiosks. Dawn jaffettwaw it-trankwillità naturali ta’ dawn il-postijiet, kif ukoll joħolqu riskji ambjentali minħabba l-iskart eċċessiv u tniġġis tal-istorbju.
Huma jemmnu li l-bajjiet huma teżor tal-poplu Malti, u ma jridux li ftit individwi b’riżorsi finanzjarji jieħdu dawn il-postijiet pubbliċi għal benefiċċju personali tagħhom, u sostnew li huwa l-obbligu tagħhom u tal-poplu li jieħdu ħsieb u jippreservaw l-isbuħija naturali tal-bajjiet għal-ġenerazzjonijiet ġejjiena.
Matthias Azzopardi, l-Uffiċjal tal-Politika Soċjali tal-KSU tkellem ma’ Net News u spjega għala huma organizzaw din id-dimostrazzjoni, filwaqt li enfazizza r-rabja tagħhom dwar din il-kwistjoni.
Din id-dimostrazzjoni ġiet organizzata bħala risposta għal din il-problema, u sabiex jibatu l-messaġġ li l-bajjiet għandhom jkunu miftuha u aċċessibli għal kulħadd, u li huma mhux ser jippermettu l-esplojtazzjoni għall-għan privat.
//= $special ?>