Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ George Muscat, chairperson tal-grupp GAP.
Muscat kien deskritt bħala katalista għall-industrija tal-kostruzzjoni f’pajjiżna, u kien involut ukoll fil-qasam tat-turiżmu. Fost il-proġetti li l-aktar jibqa’ imfakkar għalihom hemm il-kumpless Baystreet f’San Ġiljan.
George Muscat kien miżżewweġ lil Carmen, u kellhom tlett itfal.
L-aħħar tislima lil George se tingħata nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru fit-3 ta’ waranofsinhar fil-Knisja Arċipretali ta’ San Sebastjan Ħal Qormi.
Il-funeral se jkun segwit minn korteo li se jgħaddi minn quddiem l-AC Hotel by Marriott, Hyatt Regency Hotel u Bay Street Complex San Ġiljan.
Fuq xewqa tal-familja minflok fjuri mitluba jintbagħtu donazzjonijet lill-Fondazzjoni Nażaret.
//= $special ?>