Lokali

Il-PN isellem il-memorja ta’ Giorgio Napolitano

“Politiku li emmen bi sħiħ fil-proġett Ewropew.”

Hekk saħaq id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami wara t-tħabbira tat-telfa ta’ Giorgio Napolitano.

Il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Napolitano li ħalla din id-dinja fl-aħħar sigħat u ntqal li bħala eks President tar-Repubblika Taljana għal darbtejn, Napolitano serva lil pajjiżu b’lealtà, b’rispett assolut lejn il-valur tas-solidarjetà, il-libertà u d-demokrazija.

Il-Partit Nazzjonalista wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-Istat Taljan u lill-poplu tiegħu.