Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-eks President Taljan, Giorgio Napolitano fl-età ta’ 98 sena.
Napolitano kien serva bħala President tal-pajjiż għal żewġ termini u kien l-ewwel persuna li serva għal żewġ termini fuq xulxin u l-ewwel komunist li ħa dan l-irwol. Hu kien serva bħala l-11-il President bejn l-2006 u l-2015.
Napolitano kien eks-militant u mexxej tal-Partit Komunista Taljan sat-twaqqif tal-Partit Demokratiku tax-Xellug fl-1991. Bħala ministru tal-intern bejn l-1996 u l-1998, hu welled l-ewwel liġi dwar l-immigrazzjoni fl-Italja, ‘l hekk imsejħa ‘Turco-Napolitano’.
Il-karriera politika twila tiegħu waslu wkoll biex ikun Membru tal-Parlament Ewropew mill-1989 sal-1992, qabel l-elezzjoni tiegħu bħala Speaker tal-Parlament fl-Italja mill-1992 sal-1994.
Napolitano miet fi sptar f’Ruma wara ġimgħat rikoverat hemmhekk.
//= $special ?>