Futbol Sport

Jispikka d-derby ta’ Londra

(Ritratt: EPA)

Fis-sitt ġurnata tal-Premier League jispikka d-derby ta’ Londra bejn Arsenal u Tottenham. Iż-żew timijiet jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika u huma tnejn mill-erba’ timijiet li dan l-istaġun għadhom ma tilfux. Arsenal għadhom ġejjin minn rebħa kontra PSV fir-ritorn tagħhom fil-UEFA Champions League filwaqt li Tottenham fl-aħħar ħarġa tagħhom fil-Premier League rebħu l-partita fl-aħħar ħinijiet.

Il-Ħadd jispikka wkoll il-konfront bejn West Ham u Liverpool, bit-tim ta’ Jurgen Klopp ukoll għadu mingħajr telfa filwaqt li West Ham ukoll kellhom bidu mpressjonanti għal dan il-Kampjonat.

Chelsea jilqgħu lil Aston Villa filwaqt li ċ-champions Manchester City jilagħbu f’darhom kontra Nottingham Forest. Manchester United minn naħa tagħhom jilagħbu barra minn darhom kontra Burnley.

PREMIER LEAGUE: Illum: C. Palace v Fulham 4.00pm, Luton v Wolves 4.00pm, Man City v Nott. Forest 4.00pm, Brentford v Everton 6.30pm, Burnley v Man Utd 9.00pm Għada: Arsenal v Tottenham 3.00pm, Brighton v B’Mouth 3.00pm, Chelse v Aston Villa 3.00pm, Liverpool v West Ham 3.00pm, Sheff. United v Newcastle 5.30pm