Bosta kienu dawk li nġabru fil-Knisja Parrokjali ta’ Santa Venera biex jagħtu l-aħħar tislima lil Gejtu Tanti, eks President tal-UĦM, li miet nhar il-Ħamis 21 ta’ Settembru.

F’quddiesa li ġiet iċelebrata s-Sibt, iċ-ċelebrant Joe Vella, ddiskriva lil Tanti bħala raġel struwit, tal-affari tiegħu kif ukoll edukat li jaf jitkellem fuq kollox.

Huwa fakkar lin-nies kemm Gejtu, li ħadem qatigħ fil-qasam trejdjunjonistiku, kien bniedem tal-familja, u kif fix-xogħol tiegħu dejjem ħadem għal familja u mal-familja.
Fost dawk li attendew kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, bosta kelliema tal-Oppożizjoni, kif ukoll l-eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi.

Gejtu Tanti kien daħal fit-tmexxija tal-Union Ħaddiema Magħqudin fl-1991, fejn għamel seba’ snin bħala membru u 13-il sena bħala President.
Gejtu Tanti kien raġel li ħaddem għal ħaddiem fuq livell individwali, livell settorali kif ukoll fuq livell nazzjonali.
Pero bla dubju ta’ xejn Gejtu Tanti jibqa’ msemmi wkoll għal ħidma tiegħu sabiex Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>