Lokali

Tirritorna l-Malta International Air Show

Ingħata bidu għall-Malta International Airshow b’żewġ wirjiet statiċi u wirja fl-ajru fuq il-gzejjer ta’ San Pawl.

Matul il-wirja statika li saret is-Sibt filgħodu fis-Safi Aviation Park, il-mijiet ta’ persuni li attendew setgħu jaraw diversi ajruplani minn 10 pajjiżi differenti, fosthom minn Malta, minn Franza, mill-Ġermanja, kif ukoll il-Flying Bulls tar-Red Bull mill-Awstrija.

Net News tkellem ma wieħed mill-piloti ta’ ajruplan mis-Slovenja spjega kif wara l-wirja statika huma kienu se jieħdu sehem fil-wirja tal-arju.

Rappreżentant mill-Forzi Armati ta’ Malta, Rescuer Darren Borg, spjega l-irwol tal-AFM matul il-jumejn t’attivitajiet tal-Malta International Air Show.

Net News tkellem ukoll ma’ ħaddiema ta’ ajruplan tal-Pulizija Taljan, li spjegat l-irwol tagħha, kif ukoll dwar kif tħaddem l-ajruplan.

Is-Sibt filgħaxija ser isseħħ ukoll serata mill-ajruplani tar-Red Arrows tar-Royal AirForce Brittanika, li huma famużi għall-wirjiet akrobatiċi, kif ukoll għall-ħila u l-preċiżjoni tal-bdoti.

L-għan prinċipali ta’ dawn il-wirjiet hu sabiex il-familji jgawdu minn din l-esperjenza unika, filwaqt li jresqu aktar żgħażagħ u tfal lejn il-passatemp tal-avjazzjoni. Dawn il-wirjiet ser ikomplu sal-Ħadd 24 ta’ Settembru.