Proġett ta’ triq ta’ ftit metri, li ilu għaddej is-snin… proġett li ftit tal-jiem biss wara li ngħata l-ewwel saff ta’ tarmak, it-triq diġa’ bdiet tisfronda.
Persuni li tkelmu magħna dwar il-proġett fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, l-Imsida, qalu kif din it-triq sfrondat minn tliet postijiet differenti b’riżultat li qed terġa’ ssir b’irqajja ‘l hemm u ‘l hawn. B’ħofra minnhom tgħattiet minn pjanċa tal-ħadida sakemm tittieħed id-deċiżjoni ta’ issa x’se jsir minnha.
Din ma kinitx l-ewwel darba li din it-triq spiċċat fuq l-aħbarijiet fejn fost l-oħrajn, lura f’Jannar wara li parti minn dan il-proġett kien ġie inawgurat, din it-triq spiċċat għerqet mal-ewwel ftit xita li kienet għamlet [27 ta’ Jannar 2023].
Dan apparti li dan il-proġett, minkejja li issa għaddew is-snin, għadu lanqas biss lest, f’nofs it-triq għadha mingħajr ebda laqgħa tarmak.
Kritika ma taqta’ xejn minn nies, anke dwar ix-xogħol li qed isir fiċ-ċentru tal-Mosta. Fil-fatt, meta residenti jgħaddu minn hemm jew xi ħadd fi bżonn li jersaq ‘l hemm għal xi qadja, jispiċċa jkollu jgħaddi minn qalb xeba’ inġenji b’nuqqas serju għal health and safety.
Dan apparti l-ammont esseġerat ta’ trab li hemm ġimgħa wara ġimgħa b’periklu għas-sewwieqa hekk kif is-sitwazzjoni waslet li qas tara sat-tarf tat-triq għajr sħaba bajda tiela’ mill-art fost toroq bojod karti bit-trab.
//= $special ?>