Franċiż ta’ 29 sena residenti r-Rabat, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-6:30 am fi Triq Ħaġar Qim, il-Qrendi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti l-Qrendi, u mutur misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>