Lokali

AĠĠORNATA: Xufier ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 21 sena residenti s-Siġġiewi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident fis-Siġġiewi stess.

L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-1:30pm fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 42
sena residenti r-Rabat, u mutur Benelli misjuq miż-żagħżugħ ta’ 21 sena. Miegħu fuq il-mutur kien hemm
riekba tfajla ta’ 19-il sena residenti ż-Żurrieq,

Iż-żagħżugħ u t-tfajla ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji filwaqt li l-t-tfajla ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Giannella Camilleri Busuttil ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.