Futbol Sport

Da Silva Souza l-eroj ta’ Balzan kontra Gżira

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

BALZAN…………………….1

GŻIRA UNITED…………..0

Balzan: D. Golovic, I. Bozovic (N. Zerjal 79′), A. Prates, S. Arab, P. Fenech (M. Grima 65′), J. Grech, R. Michibuchi, A. Katanic (T. Caruana 73′), N. Braunovic (L. Souza 46′), M. Raso, P. Olawale (A. Andrejic 46′).

Gżira U: D. Cassar, C. Filho (Wilkson 65′), G. Bohrer, A. Borg, B. Azizi, Thaylor, M. Dias, L. Macula, A. Sane (Thiaguinho 66′), R. Zuniga (R. Essaka 86′), B. Borg (Ewertton 75′).

Skorja: L. de Souza 55′ (B)

Referee: Andrea Schiriha

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Vasil Vasilev

Wara telfa minima fl-ewwel logħba kontra Ħamrun Spartnas, tasal l-ewwel rebħa għal Balzan meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Gżira United 1-0. Għal Gżira din kienet it-tieni telfa minn tnejn fejn kif kien qed ibassar kulħadd jidher li dan se jkun staġun diffiċli għat-tim immexxi minn Darren Abdilla.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls, Balzan skorjaw wara għaxar minuti mill-bidu tat-tieni taqsima meta minn kontra attakk kien Leonardo Da Silva de Souza li wara li rċieva mingħand Andrejic tefa’ wara Cassar għal dak li kellu jkunu il-gowl li ta tliet punti lil Balzan.