Drenaġġ, riħa tinten u ħmieġ. Din hija s-sitwazzjoni preżenti fl-iskatepark tal-Imsida.
Dan hekk kif fil-jiem li għaddew drenaġġ niżel fil-passaġġ li jgħaddu minnu r-residenti tal-Imsida u studenti universitarji.
Frank Meilaq, resident Misidjan, tkellem ma’ Net News fuq il-frustrazzjoni li għandhom ir-residenti tal-Imsida. Dan hekk kif dan id-drenaġġ li ġej minn diversi binjiiet tal-madwar, issa qed jispiċċa fil-passaġġ li jintuża kuljum mir-residenti.
Hu spjega ukoll, li din is-sitwazzjoni tad-drenaġġ – li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar snin, taffettwa l-ħajja tagħhom ta’ kuljum, dan għaliex ma tippermettix li jaqsmu t-triq għal-ħwienet li għandhom il-bżonnijiet ta’ kuljum.
Madanakollu, hu spjega kif dan id-drenaġġ, qed jagħmel ħsara fl-infrastruttura apparti r-riħa tinten li qed ikun hemm.
Ir-resident spjegalna ukoll li l-awtoritajiet jafu bis-sitwazzjoni, tant hu hekk li f’dawn l-aħħar ġranet ħaddiema tal-waterservices kienu preżenti fuq il-post iżda ma sabu l-ebda soluzzjoni.
Intant, Meilaq esprima d-diżappunt tiegħu fl-awtoritajiet dan hekk kif din is-sitwazzjoni hi persistenti.
//= $special ?>