Futbol Sport

Floriana jagħmluhom tnejn minn tnejn

(Ritratt: Joseph Galea)

Andrè Muscat

FLORIANA……………..2

BIRKIRKARA…………..0

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend, O. El Hasni, M. Veselji (M. Sousa 73’), K. Reid (J. Ulises Arias 57’), E. Micallef (C. Zammit Lonardelli 76’), M. Nicolas Garcia, K. Nwoko, L. De Grazia (D. Vella 73’), M. Valadzko, A. Kouro

Birkirkara : M. Zapytowski, D. Mariani, J. Pajovic, A. Queiroz de Jesus (A. Ciolacu 57’), Y.Yankman, K. Zammit, A. Satariano (P. Mbong 56’), E. Manuel Pena Beltre (M. Gambin 77’), S. Zibo, A. Diaktre (M. Durisic 56’), M. Maia (N. Micallef 56’)

Imwissija: E.Micallef 27’ (F), L. De Garzia 36’ (F), M. Valadzko 69’ (F), P. Mbong 71’ (B), O. El Hasni 88’ (F)

Skorjaw: K. Reid 50’ (F), J. Ulises Arias 84’ (F)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Mitchell Scerri

BOV Plejer tal-Logħba: Marcel Zapytowski (Birkirkara)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Marcel Zapytowski (Birkirkara)

Floriana jagħmluhom tnejn minn tnejn, f’logħba mill-isbaħ u bilanċjata b’ħafna logħob f’nofs il-ground, iżda fl-aħħar mill-aħħar kienu l-Furjaniżi li ħadu il-punti massimi minn din il-partita.

Bidu mill-aktar offensiv miż-żewġ timijiet, iżda wara żewġ minuti l-Furjaniżi resqu l-aktar viċin meta ħarba min-nofs il-ground ta’ Kemar Reid jara lill-goalkeeper Kalkariż isalva x-xutt tiegħu. Minuta wara l-istripes irrispondew meta l-internazzjonali Malti Satariano jara x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra mil-lasta Furjaniża. Fil-11-il minuta Floriana jersqu viċin għal darb oħra meta xutt ta Nwoko jara lil Zapytowski jdawar f’corner. Fit-30 minuta l-goaler ta’ l-istrips isalva b’diffikultà xutt tal-plejer Furjaniż Reid. Birkirkara jittantaw xortihom  fis-37 minuta, bi freekick dirett ta’ Maxuell Maia fejn il-Furjaniz Kitanov salva bla difikultà. Għal darboħra l-goaler Kalkariż kien protoganista meta fil-41 minuta l-ewwel salva xutt ta’ Veselji u mir-rebound ta’ Volodjko, Zapytowski jintelaq minn tulu biex reġa’ salva b’diffikultà fi ftit sekondi.

Il-Kalkariżi fetħu t-tieni taqsima meta il-plejer Maia jipprova konklużjoni akrobatika bil-goaler Furjaniż isalva bla problemi ta’ xejn. Fit-52 minuta il-Furjaniżi jmorru fil-vantaġġ, meta l-attakant prolifiku tagħhom Kemar Reid ifajjar xutt mit-tarf tal-kaxxa l-kbira biex għeleb lill-goalkeeper Kalkariż, u tefa’ lill-partitarji tal-Floriana f’dilirju ta’ ferħ. Fit-82 minuta Fyodor Zammit isafar penalty għal Floriana, fejn mill-11-il metru Jose Ulises Arias ma żbaljax.

L-isforz tal-Kalkariżi kien kollu għal xejn fejn il-Floriana baqaw jidefendu l-vantaġġ doppju, sat-tisfira finali.

Kemar Reid ta’ Floriana segwit minn tliet plejers ta’ Birkirkara (Ritratt: Joseph Galea)