Futbol Sport

Futbol Ingliż: Sitta minn sitta għal Man City

(Ritratt: EPA)

Manchester City kisbu s-sitt rebħa konsekuttiva fil-Premiership meta fl-Etihad Stadium għelbu lil Nottingham Forest 2-0, grazzi għal żewġ goals skorjati fl-ewwel kwarta tal-logħba

Il-bidu ta’ City kien impressjonanti fejn wara seba’ minuti Rodri fetaħ lejn Walker li niżżel lej Foden li b’xutt mill-ewwel sab ix-xibka.

Seba’ minuti wara azzjoni oħra mill-aqwa ta’ City fejn Haaland irċieva mingħand Nunes u kompetament żmarkat ma żbaljax b’daqqa ta’ ras.

Man City komplew jiddominaw iżda fil-bidu tat-tieni taqsima kellhom lil Rodri mkeċċi u l-logħba ħadet żvolta ġdida.

Forest għamlu l-kuraġġ u City kellhom jiddefendu għal ħinijiet twal bil-goalkeeper Ederson iwettaq żewġ saves determinanti lejn it-tmiem.

Fil-logħbiet l-oħra Wolves li lagħbu għal ħinijiet twal bi plejer inqas, kisbu punt prezzjuż kontra Luton barra minn darhom filwaqt li f’Selhurst Park l-ebda goal fid-derby ta’ Londra bejn Crystal Palace u Fulham.

Riżultati

Palace 0-0 Fulham    

Luton 1-1 Wolves    

Man City 2-0 Nottingham    

Brentford 1-3 Everton    

Burnley 0-1 Man Utd    

Illum

Arsenal v Tottenham

Brighton v Brentford

Chelsea v Aston Villa

Liverpool v West Ham

Sheffield U v Newcastle