Futbol Sport

Futbol Taljan: Leao determinanti għal Milan

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Portugiż ta’ Milan kien determinanti għar-Rossoneri meta skorja l-goal rebbieħ fl-ewwel minuti tal-logħba kontra Hellas Verona f’San Siro.

Kienet azzjoni ta’ kontrattakk ta’ Leao li avanza u skorja b’xutt fil-baxx biex Milan irritornaw għar-rebħ wara d-disfatta fid-derby kontra Inter.

F’logħba oħra Sassuolo ħolqu sorpriża meta għġelbu lil Juventus 4-2.

Għal Sassuolo goals ta’ Lauriente, Berardi, Pianmonti u autogoal klassiku ta’ Gatti. Għal Juventus goals ta’ Chiesa u autogoal ta’ Vina.

Riżultati

Milan 1-0 Verona 

Sassuolo 4-2 Juventus

Lazio 1-1 Monza 

Illum

Empoli v Inter

Atalanta v Cagliari

Udinese v Fiorentina

Bologna v Napoli

Torino v Roma