HIBERNIANS…………….3
SANTA LUCIA…………..2
Hibernians: I. Kone, K. Shaw, A. Attard, R. Bairam, J. Degabriele (S. Okoh 88′), B. Kristensen, Z. Grech, G. Bastianos, E. De Souza Santos (F. Apap 60′), R. Antwi (L. Caruana 88′), L. Henrique Guedes (A. Hovhannisyan 60′).
Santa Lucia: F. Celio, M. Ellul, E. Alves, T. Nagamatsu (J. Valletta 81′), L. Sena Silv (A. Piazza 81′), A. Bradshaw, J. Pisani, J. Tanti (D. Xuereb 45′), N. Virano, C. Gabriel Moreira (J. Carbone 85′), P. De Oliveira Ramo (S. Xerri 72′).
Skorjaw: G. Bastianos 5′, 18′, J. Degabriele 73′ (H), L. Silva 52′, A. Bradshaw 56′ (Sl)
Referee: Glen Tonna
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mark Ciantar
BOV Plejer tal-Logħba: Giannis Bastianos (Hibernians)
Hibernians imexxija minn Branko Nisevic komplew bil-bidu pożittiv dan l-istaġun meta fl-Istadium tagħhom, it-Tony Bezzina Stadium għelbu lil ġirien Santa Lucia 3-2.
Bl-iskor sa tmiem l-ewwel taqsima jintemm 2-0 favur Hibernians, is-Saints irnexxielhom iġibu d-dra fit-tieni taqsima iżda gowl minn Jurgen Degabriele kwarta mit-tmiem ta t-tliet punti u t-tieni rebħa minn tnejn lil Tal-Pagun.
Għaddew biss ħames minuti u Hibernians fetħu l-iskor meta kien il-plejer tal-logħba Giannis Bastianos li b’xutt mill-isbaħ għeleb għal kollox lil Celio.
Hibernians għamluhom tnejn fit-18-il minuta meta reġa kien Bastianos li tefa’ wara Celio wara li rċieva mingħand Antwi. Hiernians setgħu għamluhom tlieta ftit wara meta ingħataw penalty għal foul fil-kaxa fuq Guedes iżda Celio laqa’ tajjeb ix-xutt ta’ Antwi biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-0 favur il-Pawlisti.
Santa Lucia ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u wara seba’ minuti daħlu lura fil-partita meta l-ewwel kien Nagamatsu li ttanta xortieh b’Kone jilqa’ parzjalment iżda mir-rebound Lucas Sena Silva tefa’ fix-xibka.
Għaddew biss erba’ minuti u Santa Lucia ġabu l-gowl tad-draw permezz ta’ Adam Bradshaw li b’xutt b’saħħtu ma ta l-ebda ċans lil Kone jirreaġixxi
Bil-Pawlisti ma kienu kuntenti xejn b’punt, fit-72 minuta irnexxielhom jiskorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa meta s-solitu Jurgen Degabriele rnexxielu jitfa’ ġewwa wara pass ta’ Rodney Antwi għal skor finali ta’ 3-2 favur Hibernians.
