Ir-riċerkaturi madwar id-dinja qed iħejju biex janalizzaw kampjuni tat-trab u partijiet żgħar tal-blat minn asterojdu li twasslu fostna permezz ta’ kapsula mill-vettura spazjali Osiris-Rex tan-NASA ( l-Aġenzija tal-Ispazju tal-Istati Uniti).
Il-kapsula, ftit tal-ħin ilu, niżlet lura fid-deżert ta’ Utah, fl-Istati Uniti, bħala l-konklużjoni ta’ missjoni ta’ seba’ snin u meta żdiedu t-tamiet li r-riċerka dwar il-materjal mill-asterojdu ‘Bennu’ tixħet dawl ġdid fuq il-bidu tal-evoluzzjoni tad-dinja.
Intant, l-Osiris-Rex se jibqa’ fl-ispazju anki wara l-konklużjoni tal-proċess bil-kapsula li l-inżul tagħha fid-dinja kienet iffaċilitata bil-parachutes u anki heat shield li naqqsulha mill-veloċità.
L-asterojdu Bennu qed jitqies bħala l-aktar konċentrazzjoni tal-blat perikoluża fis-Sistema Solari. Dan meta il-possibbiltà minima ħafna ta’ impatt mad-dinja hi ‘l-aktar waħda reali’ minn fost l-asterojdi kollha.
//= $special ?>