Empoli 0-1 Inter
Inter komplew il-forma impekkabli tagħhom hekk kif għamluhom ħames rebħiet minn ħamsa bir-rebħa minima ta’ 1-0 kontra Empoli.
Il-gowl wasal mid-difensur laterali Federico Dimarco b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa wara li d-difiża ta’ Empoli ma rnexxiliex tikklerja l-ballun sew.
Parità bla gowls għaċ-champions tal-Italja Napoli kontra Bologna. Bidu mhux tan mixtieq għal Napoli hekk kif rebħu biss żewġ partiti mill-ewwel ħamsa.
Atalanta 2-0 Cagliari
Atalanta ħarġu rebbieħa fil-konfront tagħhom kontra Cagliari bl-iskor ta’ 2-0.
Ademola Lookman kien l-ewwel plejer li sab ix-xibka għal Atalanta wara 33 minuta logħob mill-pass ta’ De Ketelaere, bil-attakkant ingliż ma jiżbaljax u jixħet ġewwa.
La Dea rduppjaw l-iskor fis-76 minuta permezz ta’midfielder Mario Pasalic.
Udinese 0-2 Fiorentina
Fiorentina komplew il-forma pożittiva li għandhom b’rebħa fuq Udinese bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ gowls f’kull taqsima.
Martinez Quarta sab ix-xibka għall-ewwel gowl minn pass preċiż tal-midfielder Bonaventura.
Il-Viola kkonkludew il-partita fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima, b’din id-darba Giacomo Bonaventura jniżżel ismu mal-iskorers minn kontrattakk veloċi u l-aħħar pass ta’ Duncan.
Torino 1-1 Roma
Parità oħra din id-darba bejn Torino u Roma bl-iskor finali ta’ 1-1.
Roma damu ma sabu x-xibka hekk kif Romelu Lukaku għeleb lil Milinkovic Savic minn azzjoni tajba ta’ Dybala.
Torino salvaw punt fil-85 minuta permezz ta’ Duvan Zapata li skorja b’daqqa ta’ ras mill-kross ta’ Ilic.
//= $special ?>