Arsenal 2-2 Tottenham Hotspurs
In-North London Derby temmiet f’parità ta’ 2-2 bejn Arsenal u Tottenham Hotspurs.
Il-Gunners fetħu l-iskor wara 26 minuta permezz ta’ auto-goal ta’ Cristian Romero.
Spurs għamlu l-iskor indaqs fit-42 minuta permezz tal-istilla tagħhom Son Heung-Min.
Żewġ gowls f’temp ta ftit minuti għamlu l-iskor 2-2, Bukayo Saka kiseb il-vantaġġ momentarju għal Arsenal meta sab ix-xibka b’penalty minn foul ta’ Romero, b’ Son Heung-Min għal darb’oħra jkun l-eroj tat-tim tiegħu u jiskurja l-gowl tad-draw minn pass ta’ Maddison.
Sheffield United 0-8 Newcastle United
Newcastle United għelbu lil Sheffield United b’rebħa kbira ta’ 8-0 barra minn darhom. Fatt interessanti huwa li minkejja li l-gowsl skorjati mill-Magpies waslu minn 8 plejers differenti, li huwa rekord fil-Premier League.
Newcastle fetħu l-iskor wara 21 minuta permezz ta’ Sean Longstaff, Dan Burn irdoppja l-iskor fil-31 minuta meta sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras.
Ftit minuti wara d-difensur ċentrali l-ieħor Sven Botman niżżel ismu mal-iskorers b’daqqa ta’ ras oħra mill-kross ta’ Trippier.
Il-Magpies komplew jiskorjaw fit-tieni taqsima b’din id-darba l-attakkant Callum Wilson jegħleb lil Foderingham.
Fil-61 minuta Anthony Gordon għamilhom 5-0 għat-tim tiegħu.
Miguel Almiron kien l-awtur tas-sitt gowl b’xutt ċentrali mill-pass tal-midfielder Brażiljan Bruno Guimaraes, bil-midfielder ukoll isib ix-xibka ftit minuti wara.
L-aħħar gowl tal-partita waslet minn Alexander Isak ftit minuti qabel l-aħħar suffara.
Brighton 3-1 Bournemouth
Brighton kisbu rebħa meritata ta’ 3-1 kontra Bournemouth permezz ta’ dopjetta fit-tieni taqsima mill-attakkant laterali Ġappuniż Kaoru Mitoma.
Bournemouth fetħu l-iskor l-ewwel wara 25 minuta logħob permezz tal-konklużjoni tal-attakkant Dominic Solanke b’xutt mix-xelluġ miss-suġġeriment ta’ Ryan Christie.
Ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima s-Seagulls kisbu d-draw minn auto-goal tad-difensur Milos Kerkez.
Minuta wara l-bidu tat-tieni taqsima s-sostitut Kaoru Mitoma kiseb il-vantaġġ għat-tim tiegħu minn xutt minn naħa tal-lemin minn pass tal-midfielder Dahoud.
Fis-77 minuta Brighton issiġillaw ir-rebħa permezz ta’ gowl ieħor minn Kaoru Mitoma li sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras mill-kross preċiż tad-difensur laterali Estupinan.
Chelsea 0-1 Aston Villa
Chelsea komplew is-serje ta’ riżultati ħażin hekk kif sofrew telfa minima ta’ 1-0 kontra Aston Villa fi Stamford Bridge.
Fit-58 minuta Chelsea spiċċaw jilagħbu b’10 meta Malo Gusto ntwera l-karta ħamra.
Il-gowl tar-rebħa wasal fit-73 minuta permezz ta’ Ollie Watkins li għeleb lil goalkeeper Sanchez minn naħa tal-lemin.
Liverpool 3-1 West Ham United
Liverpool għelbu lil West Ham United f’Anfield bl-iskor finali jkun ta’ 3-1 biex b’hekk jinsabu fit-tieni post fil-klassifika wara 6 partiti, b’żewġ punti taħt Manchester City.
Ir-Reds skurjaw l-ewwel gowls wara 16-il minuta logħob permezz ta’ Mohammed Salah li għeleb lil Areola minn penalty li wasal minn foul kommess mid-difensur ċentrali Aguerd.
West Ham ħasdu lill-avversarji tagħhom meta għamlu l-iskor indaqs fit-42 minuta permezz tal-istilla tagħhom Jarrod Bowen, daqqa ta’ ras ċentrali minn kross tad-difensur laterali Coufal.
Liverpool marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-partita fis-60 minuta meta Darwin Nunez xeħet ġewwa minn pass twil ta’ Mac Allister.
Liverpool ikkonfermaw ir-rebħa ħames minuti qabel tmiem il-partita permezz tal-attakkant Portuġiż Diogo Jota minn suġġeriment bir-ras ta’ Van Dijk.
//= $special ?>