Qed jissielet għal ħajtu, raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żejtun, meta s-Sibt filgħaxija għal xi s-6:30 ħabat fi Triq Sant’Anna, il-Floriana.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha, tilef il-kontroll u ħabat f’Bieb il-Bombi.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Elaine Rizzo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>