Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen iddomina l-Grand Prix tal-Ġappun sabiex temm fl-ewwel post u kiseb it-13-il rebħa personali tal-istaġun.
Ir-rebħa fil-Ġappun kienet ukoll tfisser li r-Red Bull ġew ikkonfermati bħala r-rebbieħa tal-kampjonat tal-kostrutturi.
Is-sewwieq Olandiż qabeż liż-żewġ sewwieqa ta’ McLaren fl-ewwel dawra tat-trakka u kompla l-kumplament tat-telleiqa fl-ewwel pożizzjoni.
Lando Norris u Oscar Piastri komplew isegwu lil Verstappen matul it-tellieqa, madankollu s-sewwieqa ta’ McLaren ma rnexxielhomx jiksbu vantaġġ fuq l-avversarju tagħhom u temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
Charles Leclerc ta’ Ferrari kien ftit sekondi ‘l bogħod milli jikseb post fuq il-podium, madankollu s-sewwieq Monegask temm fir-raba’ post.
Is-7 darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton ta’ Mercedes spiċċa fil-ħames post, segwit minn Carlos Sainz ta’ Ferrari fis-sitt post.
Is-sewwieq veteran Fernando Alonso ta’ Aston Martin temm fit-tmien post, filwaqt li s-sewwieqa ta’ Alpine Esetaban Ocon u Pierre Gasly kienu l-aħħar żewġ sewwieqa li għamluha mal-ewwel għaxra.
Alexander Albon u Logan Sargaent ta’ Williams, Lance Stroll ta’ Aston Martin, Sergio Perez ta’ Red Bull u Vatteri Bottas ta’ Alfa Romeo kienu s-sewwieqa li ma spiċċawx it-tellieqa.
//= $special ?>