Sport Sport Ieħor

Rugby: Malta b’rebħa rekord fil-finali tal-Medieval Shield

Finali tal-Medieval Shield tar-Rugby League.

Malta………..78

Bulgarija…….0

Rebħa rekord għas-selezzjoni Maltija tar-Rugby League li matulha fil-Marsa spikkaw xejn anqas minn 13-il try għal Malta. Fit-tim Malti spikka Jarrod Sammut, half back ta’ Barrow Raiders u bla dubju wieħed mill-aqwa plejers tar-Rugby League ta’ kull żmien.

Sammut għamel tlett tries u 13-il conversion minn daqstant conversions għal total ta’ 38 punt għat-tim Malti. Wara l-partita Sammut telaq lejn l-Ingilterra fejn ilbieraħ lgħab għal Barrow Raiders kontra York City. L-istess bħal Sammut, Mark Robertson għamel tlett tries. Jean Scholey u Brendan Dalton għamlu żewġ tries kull wieħed u try minn Kaine Dimech, Kyle Gauci u Liam Sciluna It-tim Malti kien immexxi minn Phil Humphrey u mit-team manager Anthony Micallef kellu xejn anqas minn 13-il plejer li jilagħbu fil-Kampjonat Malti tar-Rugby League.

Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien 30-0 għal Malta bl-iskor finali Malta 78-0 Bulgarija

Referee: Tony Palacios (Spanja)