Stħarriġ ippubblikat il-Ħadd mill-ġurnal tal-Malta Independent juri li l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jinsabu ras imb’ras fl-opinjoni pubblika.
L-istħarriġ li sar mill-Malta Survey bejn l-ewwel u t-tmienja ta’ Settembru, juri li l-PN jinsab b’vantaġġ marġinali fuq il-PL b’1,500 vot – ċifri li jagħtu stampa tas-sitwazzjoni preżenti, speċjalment wara li faqqa’ l-iskandlu tas-serq mill-benefiċċji soċjali.
Il-Malta Independent tirrapporta li 15.9 fil-mija tal-votanti li vvotaw lill-PL fl-elezzjoni ġenerali tal-2022, qalu li ma jerġgħux jivvotaw; filwaqt li 6.3 fil-mija ta’ dawn il-votanti qalu li jivvotaw lill-PN.
Madanakollu, instab li l-istess ammont ta’ votanti li ma vvotawx fl-elezzjoni ġenerali, jerġgħu ma jivvotawx li kieku ssir elezzjoni fil-ġranet li ġejjin.
Il-PN qed juri li qed jikseb aktar fiduċja fost l-elettorat f’Għawdex, hekk kif 39.3 fil-mija tal-votanti Għawdxin lesti jivvotaw lill-PN filwaqt li 28.2 fil-mija jivvotaw lill-PL.
Is-survey juri wkoll, li 79.3 fil-mijja tal-votanti li vvotaw lill-PN baqgħu konsistenti fil-vot tagħhom, filwaqt li 67.9 fil-mija urew fiduċja fil-PL.
Intant, ħareġ li iżjed minn nofs tal-votanti li vvotaw lill-PL fl-aħħar elezzjoni ġenerali urew li mhumiex sodisfatti bil-ħidma tal-Gvern. Id-data miġbura ma tinkludix fiha il-perijodu li fih saru l-festi tal-Indipendenza organizzati mill-Partit Nazzjonalista u li ġibdu interess kbir u entużażmu – speċjalment fil-mass meeting li ġie organizzat lejliet l-20 ta’ Settembru fi Pjazza Tritoni.
//= $special ?>