Rebħa meritata ta’ 40-6 għal Wales fil-konfront tagħhom kontra l-Awstralja biex ikkonfermaw posthom fil-kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja.
Wales huma l-ewwel tim li kkwalifikaw għall-kwarti finali f’din l-edizzjoni.
Gareth Anscombe kien protagonista fir-rebħa hekk kif skorja 23 punt, filwaqt tries minn Gareth Davies, Nick Tompkins u Jac Morgan issiġillaw ir-rebħa għall-pajjiżhom.
Permezz ta’ din il-kwalifikazzjoni, Wales kisbu r-raba’ kwalifikazzjoni konsekuttiva għall-kwarti finali taħt it-tmexxija ta’ Warren Gatland.
L-unika aspett negattiv mill-partita kienet l-injury inkwetanti li sofra t-talisman Dan Biggar fl-ewwel taqsima, madankollu n-nuqqas tiegħu fil-grawnd tat iktar spażju lil Anscombe sabiex juri x’jista jofri u jagħti r-rebħa lill-pajjiżu.
Rebħa kontra l-Georgia fis-7 t’Ottubru tikkkonferma lil Wales fl-ewwel post tal-grupp.
Wales huma fil-possibiltà li jaffrontaw lil Arġentina, Ġappun jew Samoa fil-kwarti finali.
L-Iskozja għelbu lil Tonga 45-17 sabiex żammu t-tamiet tagħhom ħajjien għall-kwalifikazzjoni minn Pool B.
//= $special ?>