Anzjan ta’ 72 sena sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ għal ħabta ta’ 7:35am fi Triq Bormla, meta għal xi raġuni l-anzjan, ntlaqat minn karozza Toyota Vitz, misjuqha minn mara ta’ 27 sena residenti l-Fgura.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanza li ħadet lil-anzjan l-isptar Mater Dei għal kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>